Il-preservazzjoni hija faċli, tajba għas-saħħa u divertenti.
Tagħtik iċ-ċans li tivvinta, tesperimenta u toħloq xi ħaġa unika u ġenwina mingħajr l-użu ta’ konservanti u addittivi.Segwi l-istruzzjonijiet ħfief tagħna kif ukoll il-pariri u l-ħinijiet indikati meta tħejji r-riċetta: tista’ tippreserva firxa sħiħa ta’ ikel f’sigurtà sħiħa u ibqa’ żgur li r-riċetti jirnexxulek żgur.
Il-vażetti u l-għotjien Quattro Stagioni se jkunu l-akbar ħbieb tiegħek biex iżżomm ir-riċetti tiegħek, kollox magħmul 100% bil-qalb u fl-Italja.
Flimkien se naraw:
- Il-fażijiet kollha meħtieġa għall-preservazzjoni korretta fil-vakwu
-
- Qabel tibda tippreserva
- Kif tagħżel l-ingredjenti
- Kif tispezzjoni u tnaddaf il-vażetti u l-għotjien
- Kif timla l-vażetti
- Kif toħloq vakwu: il-pasturizzazzjoni
- Kontroll u preservazzjoni
- Gwida għas-simboli fuq il-kaxxi
Il-fażijiet kollha meħtieġa għall-preservazzjoni korretta fil-vakwu
1) Qabel tibda tippreserva: skopri r-regoli essenzjali
Hawn huma ir-regoli essenzjali li trid issegwi qabel tibda tippreserva fil-vażetti u l-fliexken Quattro Stagioni:
- L-għotjien iridu jintużaw darba biss biex il-preservazzjoni fil-vakwu tirnexxi.
- Il-vażetti għandhom jingħalqu mingħajr ma tiġi eżerċitata wisq forza: jekk il-kappa tkun issikkata wisq, l-arja ġewwa l-vażett ma tkunx tista' toħroġ u dan jikkomprometti l-ħolqien tal-vakwu.
- Ma għandekx tibdel it-temperatura tal-vażetti f’daqqa. Meta titfa’ l-ikel u x-xorb fil-vażetti jew fil-fliexken kun ċert li la jkunu kesħin iżżejjed u lanqas jaħarqu żżejjed meta mqabbla mat-temperatura tal-vażetti, għax inkella dawn jistgħu jfaqqgħu (differenza massima fit-temperatura: 42° C).
- Il-proċess ta’ pasturizzazzjoni ma jistax isir fil-forn tradizzjonali jew bil-majkrowejv.
- Il-vażetti ta' 15 cl u 20 cl mhumiex adattati għall-ħażna ta' ikel alkoħoliku u għandhom jintużaw f'temperaturi ta' refriġerazzjoni għall-ħażna tal-ħalib u d-derivattivi tiegħu.
- Il-vażetti ta' 4 cl u 8 cl għandhom jgħaddu minn proċess ta' togħlija ta' madwar 10 minuti sabiex jirnexxi l-vakwu u mhumiex adattati biex fihom jinżammu ikel 100% bix-xaħam, alkoħoliku u bbażat fuq il-ħalib.
- Il-vażetti ta' 2l, 3 l, 3.8 l mhumiex adattati għall-pasturizzazzjoni, huma adattati għal dawk il-preparazzjonijiet kollha li ma jeħtiġux li jitgħallu.
- Il- vażetti ċilindriċi ta' 20 cl u 32 cl, il-vażetti ta' 4 u 8 cl u l-vażett li jista' jiġi mpoġġi fuq ieħor ta' 27.5 cl biss huma adattati wkoll għall-użu fil-freezer.
- Limitazzjonijiet għall-preservazzjoni fl-alkoħol: skont ir-regolamenti tal-Komunità Ewropea huwa permess li jiġi ppreservat b'massimu ta' 50% alkoħol bil-volum; ir-regolamenti tal-Istati Uniti jippermettu preparazzjonijiet b'massimu ta' 3% alkoħol bil-volum.
- Il-ħażna tal-ikel għandha ssir b'mod skrupluż sabiex jiġu evitati riskji għas-saħħa, bħall-botuliżmu tal-ikel.
- Għal din ir-raġuni nirrakkomandaw li ikkonsulta l-linji gwida għall-preparazzjoni korretta tal-ikel ippriżervat imħejjija mill-Ministeru tas-Saħħa.
- Biex tikseb l-aħjar prestazzjoni u tiżgura konservazzjoni, huwa rrakkomandat li jintużaw biss tappijiet oriġinali Quattro Stagioni, iddisinjati u ttestjati apposta għal dan il-prodott.
2) Kif tagħżel l-ingredjenti
Il-frott u l-ħaxix, preferibbilment bijoloġiċi, għandhom ikunu friski u misjura biżżejjed (la misjura żżejjed u lanqas nejjin iżżejjed). Dejjem aħsilhom tajjeb.Biex tipproteġi l-ingredjenti tiegħek milli jiswiedu minħabba l-kuntatt mal-arja u biex tnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni mill-batterji, aħsilhom fl-ilma mħallat bil-lumi.
Biex tippreserva l-ħaxix b’mod sigur jeħtieġ li tgħallihom f’ħafna ilma bil-melħ u l-ħall: b’hekk telimina l-parti l-kbira tal-batteriji li normalment jinstabu fil-ħxejjex.
3) Kif tispezzjoni u tnaddaf il-vażetti u l-għotjien
Qabel tuża l-vażetti ara dejjem li ma jkollhomx ix-xifer imtajjar: f’dak il-każ ma għandux jintuża.Aħsel il-vażetti bil-misħun u għallihom qabel tużahom biex tnaddafhom minn kwalunkwe batterju:
- Poġġihom wiċċhom ’il fuq f’borma b’qiegħ oħxon
- Poġġi sarvetta fil-qiegħ tal-borma u dawwar kull vażett bi srievet oħrajn biex tevita li jaħbtu ma’ xulxin u jinkisru waqt is-sajran
- Għattihom kompletament bil-misħun u għallihom.
- Għalli l-vażetti għal mill-inqas 10 minuti.
Aħsel l-għotjien b’idejk fil-misħun u mingħajr sapun: mhumiex adatti biex jinħaslu fil-magna tal-ħasil tal-platti u ma għandhomx jitgħallew qabel l-użu.NB: Il-vażetti tal-ħġieġ jistgħu jintużaw aktar minn darba filwaqt li l-għotjien iridu jinbidlu kull darba biex il-kolla ta’ ġewwa tissiġilla tajjeb.
4) Kif timla l-vażetti Quattro Stagioni
- Imla l-vażetti b’dak li tkun ippreparajt (sa kważi 2 cm mix-xifer, 1 cm għall-vażetti li jesgħu 20 cl jew inqas).
- Jekk titfa’ ingredjenti mqattgħin f’biċċiet jew ingredjenti solidi, poġġihom mingħajr ma tagħfashom biex tnaqqas l-ispazju vojt u għattihom kompletament bil-likwidu ta’ preservazzjoni tal-għażla tiegħek.
- Jekk jinħolqu bżieżaq tal-arja, neħħihom billi tagħfas kemm kemm l-ikel b’mgħarfa.
- Qabel ma tagħlaq il-vażetti Quattro Stagioni, erġa’ imsaħ bir-reqqa x-xifer biex l-għatu jaqbad sew.
NB: Issikka l-għatu iżda mhux iżżejjed! Fil-fatt, jekk l-għatu jkun issikkat iżżejjed, l-arja fil-vażett ma toħroġx u tista’ taffettwa l-formazzjoni tal-vakwu.
5) Kif toħloq vakwu: il-pasturizzazzjoni
Il-preservazzjoni fil-vakwu tgħinek tippreserva l-ikel fit-tul billi telimina dawk il-mikroorganiżmi li jiżviluppaw fl-arja.Hemm żewġ metodi li wieħed jista’ juża biex joħloq vakwu, skont l-ikel ippreparat:
– It-togħlija
- Naddaf tajjeb ix-xfar tal-vażetti Quattro Stagioni u agħlaqhom bl-għotjien, mingħajr ma tissikkahom iżżejjed.
- Poġġihom wiċċhom ’il fuq f’borma b’qiegħ oħxon.
- Poġġi sarvetta fil-qiegħ tal-borma u dawwar kull vażett bi srievet oħrajn biex tevita li jaħbtu ma’ xulxin u jinkisru waqt is-sajran.
- Għattihom kompletament bil-misħun u għallihom.
- X’ħin l-ilma jibda jagħli, għatti l-borma bl-għatu u kompli sajjar għat-tul ta’ ħin indikat fir-riċetta. Il-vażetti Quattro Stagioni dejjem iridu jibqgħu mgħottijin bl-ilma: għaldaqstant, jekk ikun hemm bżonn, żid aktar misħun biex iżżomm il-livell ta’ ilma inizjali. Meta jintemm il-proċess, ħalli l-vażetti jiksħu fl-istess ilma tat-togħlija.
- Meta l-vażetti jiksħu oħroġhom billi taqbadhom mill-ħġieġ; uża ngwata biex tevita ħruq.
– It-tqegħid ta’ mili jaħraq fil-vażetti
Din it-teknika tista’ tintuża għall-ikel li jeħtieġ sajran fit-tul, bħal pereżempju ġamm jew marmellati (il-vażetti Quattro Stagioni b'tapp b'dijametru ta' 56 mm b'kapaċità ugwali jew inqas minn 20 cl mhumiex adatti għal din it-teknika, peress li ċ-ċokon tagħhom jagħmilha aktar diffiċli biex toħloq vakwu).Biex tevita li l-vażetti jfaqqgħu minħabba l-bidla kbira fit-temperatura, jeħtieġ li ssaħħanhom minn qabel bil-misħun, qabel titfa’ l-ikel jagħli fihom.
- Imla l-vażetti Quattro Stagioni bil-mili għadu jagħli u agħlaq bl-għatu mingħajr ma tissikkah iżżejjed.
- Aqlibhom minnufih rashom ’l isfel.
- Il-vażetti jridu jibqgħu rashom ’l isfel għal mill-inqas 15-il minuta, wara tkun tista’ taqlibhom wiċċhom ’il fuq mill-ġdid u tħallihom jiksħu f’post frisk.
NB: Biex tevita li jfaqqgħu, tpoġġix il-vażetti fuq wiċċ kiesaħ bħal irħam u metall; wiċċ tal-injam huwa aħjar. Uża l-ingwanti biex taqbad il-vażetti sabiex tevita li tinħaraq jew tinstamat.
6) Kontroll u preservazzjoni
Biex tiżgura li fforma l-vakwu, ara li n-nofs tal-għatu niżel. Jekk le, irrepeti l-pasturizzazzjoni b’għatu ġdid.
Ladarba tara li hemm vakwu u l-vażetti jkunu kesħu, poġġihom f’post frisk, xott u mħares mid-dawl dirett tax-xemx (temperatura massima: 23° C).
Iċċaqlaqx l-għatu u tpoġġix il-vażetti fuq xulxin: il-kolla tista’ titlef il-forma tagħha u b’hekk tidħol l-arja, b’mod li l-prodott ma jibqax ippreservat tajjeb.Ikteb id-data u l-kontenut fuq tikketta u waħħalha fuq kull vażett Quattro Stagioni: qabel tiftaħ il-vażett u dduq il-kontenut jeħtieġ li jgħaddu tal-anqas 60 jum biex tkun żgur li ġie ppreservat tajjeb.
Qabel tiftaħ il-vażett, iċċekkja jekk daħlitx arja billi tara li n-nofs tal-għatu għadu ’l isfel: f’dan il-każ, meta tiftaħ il-vażett se tisma’ t-tfaqqigħa tipika ta’ meta tiftaħ l-għatu u tidħol l-arja.Ladarba tiftaħ vażett, żommu magħluq fil-friġġ.
Gwida għas-simboli biex tuża l-prodott kif suppost
Fuq il-pakketti għall-bejgħ u fuq is-sit web tagħna nuru l-użu tajjeb tal-prodott permezz ta’ xi simboli. Hawnhekk se ssib gwida dettaljata biex tifhimhom.

Aħsel il-prodott qabel l-użu

Aħsel l-għatu b’idejk mingħajr sapun

Il-vażett jista’ jinħasel fil-magna għall-ħasil tal-platti

L-għatu ma jistax jinħasel fil-magna għall-ħasil tal-platti

Il-vażett jista’ jintuża f’forn bil-majkrowejv f’temperatura massima ta’ 70°C- 158°F

L-għatu ma jistax jiddaħħal fil-forn bil-majkrowejv
Adattat għall-użu fil-freezer b'temperatura massima ta' -20°Ċ -4° F
Mhux adattat għall-pasturizzazzjoni