B’Fido il-preservazzjoni hija faċli, tajba għas-saħħa u divertenti.
Ħafna stili differenti ta’ vażett b’disinn klassiku, ideali għal priservi u ikel xott, imma wkoll biex iżżejjen id-dar, timlihom b’oġġetti żgħar jew biex toffri rigali “magħmula bl-idejn u bl-imħabba”.Forma u siġill prattiċi u siguri, kollha Magħmulin b’mod rigoruż fl-Italja.
Segwi l-istruzzjonijiet ħfief tagħna u l-pariri u l-ħinijiet indikati meta tħejji r-riċetta: tista’ tippreserva firxa sħiħa ta’ ikel f’sigurtà sħiħa u ibqa’ żgur li r-riċetti jirnexxulek żgur.
Flimkien se naraw:
- Il-fażijiet kollha meħtieġa għall-preservazzjoni korretta fil-vakwu
-
- Qabel tibda tippreserva
- Kif tagħżel l-ingredjenti
- Kif tispezzjoni u tnaddaf il-vażetti u l-għotjien
- Kif timla l-vażetti
- Kif toħloq vakwu: il-pasturizzazzjoni
- Kontroll u preservazzjoni
- Gwida għas-simboli fuq il-kaxxi
Il-fażijiet kollha meħtieġa għall-preservazzjoni korretta fil-vakwu
1) Qabel tibda tippreserva: skopri r-regoli essenzjali
Dawn huma r-regoli essenzjali li trid issegwi qabel tibda tippreserva fil-vażetti Fido:
- Il-gaskits iridu jintużaw darba biss biex il-preservazzjoni fil-vakwu tirnexxi.
- Ma għandekx tibdel it-temperatura tal-vażetti f’daqqa. Meta titfa’ l-ikel u x-xorb fil-vażetti jew fil-fliexken kun ċert li la jkunu kesħin iżżejjed u lanqas jaħarqu żżejjed meta mqabbla mat-temperatura tal-vażetti, għax jistgħu jfaqqgħu (differenza massima fit-temperatura: 42° C).
- Il-proċess ta’ pasturizzazzjoni ma jistax isir fil-forn tradizzjonali jew bil-majkrowejv.
- Il-gaskits mhumiex indikati biex jiġu f’kuntatt ma’ sustanzi 100% xaħmija.
2) Kif tagħżel l-ingredjenti
Il-frott u l-ħaxix, preferibbilment bijoloġiċi, għandhom ikunu friski u misjura biżżejjed (la misjura żżejjed u lanqas nejjin iżżejjed). Dejjem aħsilhom tajjeb.
Biex tipproteġi l-ingredjenti tiegħek milli jiswiedu minħabba l-kuntatt mal-arja u biex tnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni mill-batterji, aħsilhom fl-ilma mħallat bil-lumi.
Biex tippreserva l-ħaxix b’mod sigur jeħtieġ li tgħallihom f’ħafna ilma bil-melħ u l-ħall: b’hekk telimina l-parti l-kbira tal-batteriji li normalment jinstabu fil-ħxejjex.
3) Kif tispezzjoni u tnaddaf il-vażetti u l-gaskits
Qabel tuża l-vażetti ara dejjem li ma jkollhomx ix-xifer imtajjar: f’dak il-każ ma għandux jintuża.Aħsel il-vażetti bil-misħun u għallihom qabel tużahom biex tnaddafhom minn kwalunkwe batterju: :
- Poġġihom wiċċhom ’il fuq f’borma b’qiegħ oħxon.
- Poġġi sarvetta fil-qiegħa tal-borma u dawwar kull vażett bi srievet oħrajn biex tevita li jaħbtu ma’ xulxin u jinkisru waqt is-sajran.
- Għattihom kompletament bil-misħun u għallihom.
- Għalli l-vażetti għal mill-inqas 10 minuti.
- Aħsel l-għotjien b’idejk fil-misħun u mingħajr sapun: mhumiex adatti biex jinħaslu fil-magna tal-ħasil tal-platti u ma għandhomx jitgħallew qabel l-użu.
NB: Jekk il-wajer tal-metall jissaddad (li hija reazzjoni normali jekk il-kamin imxarrab jiġi f’kuntatt mal-arja) dan mhux se jaffettwa l-funzjoni tal-vażett u l-proċess ta’ pasturizzazzjoni.
4) Kif timla l-vażetti Fido
- Imla l-vażetti b’dak li tkun ippreparajt (sa kważi 2 cm mix-xifer, 1 cm għall-vażetti li jesgħu 20 cl jew inqas).
- Jekk titfa’ ingredjenti mqattgħin f’biċċiet jew ingredjenti solidi, poġġihom mingħajr ma tagħfashom biex tnaqqas l-ispazju vojt u għattihom kompletament bil-likwidu ta’ preservazzjoni tal-għażla tiegħek.
- Jekk jinħolqu bżieżaq tal-arja, neħħihom billi tagħfas kemm kemm l-ikel b’mgħarfa.
- Qabel ma tagħlaq il-vażetti. erġa’ imsaħ ix-xifer.
- Ara li l-gaskit huwa mdaħħal tajjeb f’postu fl-għatu u agħlaq bil-ganċ tal-ħadid.
NB: Biex tevita li jfaqqgħu, tpoġġix il-vażetti fuq wiċċ kiesaħ bħal irħam u metall; wiċċ tal-injam huwa aħjar). Uża l-ingwanti biex taqbad il-vażetti sabiex tevita li tinħaraq jew tinstamat.
5) Kif toħloq vakwu: il-pasturizzazzjoni
Il-preservazzjoni fil-vakwu tgħinek tippreserva l-ikel fit-tul billi telimina dawk il-mikroorganiżmi li jiżviluppaw fl-arja.
- Poġġi l-vażetti wiċċhom ’il fuq f’borma b’qiegħ oħxon.
- Poġġi sarvetta fil-qiegħa tal-borma u dawwar kull vażett bi srievet oħrajn biex tevita li jaħbtu ma’ xulxin u jinkisru waqt is-sajran.
- Għattihom kompletament bil-misħun u għallihom.
- X’ħin l-ilma jibda jagħli, għatti l-borma bl-għatu u kompli sajjar għat-tul ta’ ħin indikat fir-riċetta. Il-vażetti Fido dejjem iridu jibqgħu mgħottijin bl-ilma: għaldaqstant, jekk ikun hemm bżonn, żid aktar misħun biex iżżomm il-livell ta’ ilma inizjali. Meta jintemm il-proċess, ħalli l-vażetti jiksħu fl-istess ilma tat-togħlija.
- Meta l-vażetti jiksħu oħroġhom billi taqbadhom mill-ħġieġ; uża ngwata biex tevita ħruq.
6) Kontroll u preservazzjoni
Biex tiżgura li fforma l-vakwu ipprova iftaħ il-ganċ tal-ħadid: jekk l-għatu jibqa’ “imwaħħal” mal-vażett ifisser li l-vakwu fforma kif xieraq.
F’każ li l-għatu ma jkunx “qabad” sew mal-vażett ikollok tirrepeti l-pasturizzazzjoni b’gaskit ġdid.Ladarba tara li hemm vakwu u l-vażetti jkunu kesħu, poġġihom f’post frisk, xott u mħares mid-dawl dirett tax-xemx (temperatura massima: 23° C).
Iċċaqlaqx il-vażetti u tpoġġihomx fuq xulxin: il-gaskit jista’ jiċċaqlaq u b’hekk tidħol l-arja, b’mod li l-prodott ma jibqax ippreservat tajjeb.Ikteb id-data u l-kontenut fuq tikketta u waħħalha fuq kull vażett Fido: qabel tiftaħ il-vażett u dduq il-kontenut jeħtieġ li jgħaddu tal-anqas 60 jum biex tkun żgur li ġie ppreservat tajjeb.
Qabel tiftaħ il-vażett, iċċekkja jekk daħlitx arja billi tara li l-gaskit għadu “imwaħħal” mal-vażett. Biex tiftħu iġbed l-ilsien tal-gaskit b’mod li ddaħħal l-arja fil-vażett.Ladarba tiftaħ vażett, żommu magħluq fil-friġġ.
Gwida għas-simboli biex tuża l-prodott kif suppost
Fuq il-pakketti għall-bejgħ u fuq is-sit web tagħna nuru l-użu tajjeb tal-prodott permezz ta’ xi simboli. Hawnhekk se ssib gwida dettaljata biex tifhimhom.

Aħsel il-prodott qabel l-użu

Aħsel il-gaskit b’idejk mingħajr sapun

Il-vażett jista’ jinħasel fil-magna għall-ħasil tal-platti

Il-gaskit u l-ganċ tal-ħadid ma jistgħux jinħaslu fil-magna għall-ħasil tal-platti

Il-vażett jista’ jintuża f’forn bil-majkrowejv f’temperatura massima ta’ i 70°C- 158°F

Il-gaskit u l-ganċ tal-ħadid ma jistgħux jiddaħħlu fil-forn bil-majkrowejv

Il-vażetti li jesgħu 12,5 cl (4 ¼ oz), 20 cl (6 ¾ oz) u 35 cl (11 ¾ oz) jistgħu jiddaħħlu fil-friża f’temperatura massima ta’ -20°C -4° F